Lokali

Jiżdiedu għal 7 ir-riżenji mill-Korp

25 sospiżi u 31 fuq police bail

Żdiedu għal sebgħa l-uffiċjali tal-Pulizija li irriżenjaw wara l-iskandlu li faqqa’ fil-bidu tal-ġimgħa, u li ħareġ fid-deher wara li kien żeval mill-media. Dan minkejja li l-eks Kummissarju Lawrence Cutajar kien ilu infurmat b’dak li kien għaddej.

Skont stqarrija tal-Pulizija, huma b’kollox 25 l-uffiċjali sospiżi filwaqt li 31 qedgħin fuq police bail.

Kien konfermat li 41 uffiċjal għadhom arrestati.

Minbarra stejjer ta’ eluf ta’ ewro fi ħlasijiet minn taħt, inkixfu wkoll stejjer ta’ theddid fuq uffiċjali oħra tal-Pulizija, relazzjonijiet intimi bejn Pulizija f’forma ta’ tpattija, serq ta’ fuel, xibka ta’ hbiberiji, ċitazzjonijiet maħfura b’mod abbużiv u ħafna aktar.

Il-whistleblower żvela li diversi membri tal-korp kienu qed jiġbru flus u rigali mill-kumpaniji, fi prattika li kienet ilha għaddejja għal numru ta’ snin. Il-flus kienu jidħlu f’kont bankarju amministrat minn uffiċjal tal-pulizija partikolari u wara dan kien iħallas lill-bqija.