Futbol Sport

Manchester City sospiżi għal 2 edizzjonijiet taċ-Champions League u multa ta’ €30 miljun

Il-UEFA kkundannat lil Manchester City għal sospensjoni ta’ żewġ edizzjonijiet taċ-Champions League u kkundannathom biex iħallsu multa ta’ €30 miljun.

Dan hekk kif il-klabb Ingliż instab ħati ta’ ksur tar-regoli tal-Financial Fair Play kif ukoll li qarraq bl-awtoritajiet tal-futbol b’rabta mal-iffirmar tal-ftehim ma’ Etihad.

Manchester City ħabbru li se jappellaw mis-sentenza.