Fuq stedina tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech, delegazzjoni minn Repubblika llum iltaqgħet miegħu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Iż-żewġ naħat iddiskutew kwistjonijiet ta’ interess partikolarment is-sejħa għall-verità u l-ġustizzja fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia. Huma ddiskutew ukoll il-ħtieġa għal riformi istituzzjonali u kostituzzjonali f’pajjiżna.
Id-delegazzjoni ta’ Repubblika kienet immexxija mill-President Vicki Ann Cremona, mill-President elett Robert Aquilina u minn Manuel Delia.