Lokali

Zammit Dimech f’laqgħa ma’ Repubblika fid-Dar Ċentrali

Fuq stedina tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech, delegazzjoni minn Repubblika llum iltaqgħet miegħu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. 

Iż-żewġ naħat iddiskutew kwistjonijiet ta’ interess partikolarment is-sejħa għall-verità u l-ġustizzja fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia. Huma ddiskutew ukoll il-ħtieġa għal riformi istituzzjonali u kostituzzjonali f’pajjiżna. 

Id-delegazzjoni ta’ Repubblika kienet immexxija mill-President Vicki Ann Cremona, mill-President elett Robert Aquilina u minn Manuel Delia. 

Ikkummenta