Matul il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-lum, wara vot unanimu, Ċensu Galea assuma l-kariga ta’ President tal-Kunsill Ġenerali wara r-riżenja ta’ Kristy Debono skont dak li jipprovdi l-istatut tal-partit.
Intant f’post fuq il-media soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, filwaqt li rringrazzja lil Ċensu Galea għar-rwol li assuma, fakkar kemm Ċensu kien dejjem hemm għall-Partit Nazzjonalista.
