Kollox jindika li fil-jiem li ġejjin mistennija tfaqqa’ r-riżenja ta’ Chris Cardona minn membru parlamentari u minn deputat mexxej tal-Parit Laburista.
L-istess sorsi kkonfermaw li fl-aħħar sigħat, il-Prim Ministru Robert Abela kien taħt pressjoni kbira sabiex ineħħi lil Cardona, u biex jirrenżja kemm mill-Parlament kif ukoll minn Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-Partit.
Wara li Net News żvela kif fil-jiem li ġejjin mistennija tfaqqa’ r-riżenja ta’ Chris Cardona minn membru parlamentari u minn deputat mexxej tal-Parit Laburista, l-istess sorsi qrib Chris Cardona stqarru li għadd ta’ membri tal-kabinett mmexxi minn Robert Abela qed jagħmlu pressjoni biex Cardona jirreżenja mill-aktar fis possibbli.
Net News jinsab infurmat li Louis Grech, Edward Zammit Lewis, Josè Herrera, Owen Bonnici, kif ukoll Deo Debattista huma l-aktar vociferi fost il-membri parlamentari li qed jagħmlu pressjoni fuq il-Prim Ministru biex dan tal-aħħar iġiegħel lil Cardona jirreżenja immedjatament.
Mhux maghruf jekk ghada Cardona hux ser jithalla jitkellem waqt l-konferenza straordinarja. Fil-fatt, mhux maghruf lanqas x‘ser ikun ir-rwol tad-deputat mexxej tal-affarijiet tal-partit waqt il-konferenza straordinarja tal-Hadd.
AKTAR KMIENI
Huwa sigriet magħruf li l-affarijiet għal Cardona bdew jigravaw propju wara x-xhieda fil-qorti ta’ Melvin Theuma aktar kmieni dil-ġimgħa, waqt il-kumpilazzjoni rigward l-assassisnju ta Daphne Caruana Galizia.
Theuma żvela kif it-tifla ta’ wiehed mill-aħwa Degiorgio kienet ingħatat impjieg ma’ Chris Cardona qabel l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-istess sorsi kkonfermaw ma’ Net News li dak li żvela l-middleman fil-jiem li għaddew ….li fuq mobile li kien ittella’ minn qiegħ il-baħar fil-Marsa kien hemm irrekordjat numru wieħed biss, dak ta’ Chris Cardona – xejn ma niżlet tajjeb ma criki fil-Partit Laburista li jridu jnehhu lil Chris Cardona minn nofs ….u joħdulu postu.
Minn naħa l-oħra, id-delegati li huma bi ħġarhom favur l-eks Ministru Chris Cardona huma rrabjati kif għadu ma sar xejn kontra l-eks Ministru tal-intern Micheal Farrigia u kontra l-eks ministru Konrad Mizzi, li għadu fil-Parlament….għaliex ma jistgħux jifhmu kif hemm min irid ineħħi lil Chris Cardona.
Dan joħroġ bic-car l-inkwiet u l-konfuzzjoni fil-Lejber fid-dawl tal-Konferenza straordinarja tal-Partit Laburista li ser issir il-Ħadd. Il-qasma fil-Partit Laburista ħarġet biċ-ċar wara l-elezjoni tal-leadership bejn Chris Fearne u Robert Abela ….u kompliet bl-inkwiet ma l-eks Ministru Justine Caruana u t-tneħħija ta’ Joe Mizzi minn Ministru.
Dan is-sit huwa infurmat li s-sitwazzjoni tad-Deputat Mexxej Chris Cardona kompliet titntefa’ f’dell ikrah, meta l-istess Theuma kien xehed li l-aħwa Degiorgio kienu qabduh jagħmel kuntatt ma ċertu “Mario” sabiex jintervjeni biex tingħata liċenzja għal kannabis medicinali. Dan “Mario” allegatament huwa Mario Galea, l-eks Chairman tal-Malta Enterprise.
Dwar dan kollu…mhux magħruf x’inhi l-pożizzjoni ta’ Kurt Farrugia, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, u x’passi ittieħdu minnu wara dak li ġie żvelat.
U fid-dawl ta’ dan kollu, diversi delegati laburisti qed jghidu li Robert Abela mhux kapaci jmexxi bhal ma kien jaghmel ta qablu. Għaliex mhux jindirizza l-problemi ta’ madwaru.
//= $special ?>