Il-Partit Nazzjonalista ċaħad bl-aktar mod kategoriku l-gidba ta’ One News fejn, fis-sensiela ta’ fake news li tagħhom huma espert, issa vvintaw li llum kien hemm ‘ġlied kbir fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista’.
Il-Partit saħaq li waqt din il-laqgħa ma kien hemm ebda ġlied fejn dawk preżenti qablu fuq it-triq ‘il quddiem għal aktar tiġdid u tibdil fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Xi ħaġa li issa tħajjar minnha wkoll l-Partit Laburista.
F’fake news oħra, One News qalu li kien hemm pressjoni biex ‘jitneħħa Carm Mifsud Bonnici’. Din hi gidba oħra.
L-inkwiet u l-problemi ta’ diversi eks Ministri u Deputati fil-Partit Laburista u t-taħwid fil-Gvern Laburista fosthom b’dak li qed jiġri fil-korp tal-pulizija, fil-każ tal-Vitals u Steward u fil-kriżi fl-immigrazzjoni fost ħafna affarijiet oħra, qed iwassal biex One news jinfexx biss f’gideb.
Fl-Eżekuttiv tal-Patit Nazzjonalista kien hemm ħafna rieda tajba u suġġerimenti minn kulħadd, għar-riforma u tigdid li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia inkariga lil Louis Galea sabiex iwettaq. Dan sabiex il-Partit Nazzjonalista jkompli jissaħħaħ u jiġġedded.
//= $special ?>