Futbol Sport

Gudja jaħsdu lil Floriana b’żewġ gowls f’erba’ minuti

(Ritratt: Trevor Sollars)

Rapport: Luke Micallef

FLORIANA………. 1

GUDJA U…………. 2

Floriana: E. Akpan, E. Ruiz, K. Keqi, U. Arias, S. D’Agostino, J. Pisani, N. Garcia, A. Cini (T. Vella 76’), M. Dias, J. Busuttil (B. Sciberras 58’) (C. Borg 83’), T. Fonseca

Gudja: G. Zammit, J. Farrugia, J. Bondin, A. J. Friggeri (G. Mensah 63’), E. Zarate Bilbao, R. Winchester (M. Attard 90’), L. Cremona, M. Jimenez (P. P. Sammut 84’), J. Bolanos, J. Grioli, I. Gonzalez

Imwissija: L. Cremona 16’ (G), R. Winchester 77’ (G), G. Zammit 90’ (G)

Skorjaw: M. Garcia 15’ (F), E. Ruiz 67’ og, M. Jimenez 71’ (G)

Referee: Darryl Agius

Assistenti Referees: Duncan Sultana, Thomas Debono

Il-Mument Plejer tal-logħba: Gabriel Mensah (Gudja U.)

BOV Plejer tal-logħba: Miguel Jimenez (Gudja U.)

Attendenza: 745

Kontra kull mistenni Gudja United għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 2-1. Żewġ gowls f’erba’ minuti kienu biżżejjed sabiex Gudja dawru telfa f’rebħa. Din it-telfa tfisser li Floriana jistgħu jitilfu l-quċċata jekk Valletta jirbħu llum.

Fl-aħħar ħarġa tagħhom, Floriana tilfu żewġ punti kontra Gżira United meta ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 filwaqt li Gudja ġejjin minn rebħa ta’ 1-0 kontra Sliema Wanderers. Lura fl-ewwel rawnd, f’Settembru tas-sena l-oħra, żewġ gowls ta’ Tiago Fonseca kienu biżżejjed biex għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 2-0.

L-ewwel taqsima kienet pjuttost kajmana, hekk kif l-unika azzjoni denja ta’ nota kien propju l-gowl tal-Floriana li wasal mal-kwarta logħob. Kienu l-Furjaniżi li marru minn fuq wara li MATIAS GARCIA rċieva kross minn fuq il-lemin ta’ Marcelo Dias u faċilment tefa’ wara Glenn Zammit. Għalhekk iż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu 1-0 favur Floriana. It-tieni taqsima kompliet bi Floriana jkollhom aktar mill-pussess iżda b’faqar ta’ logħob miż-żewġ naħat. Id-dħul ta’ Gabriel Mensah fil-grawnd deher li tellgħet ftit il-moral fit-tim Gudjan.

Fil-fatt fis-67 minuta, Gudja ngħataw free-kick li nkariga minnu Justin Grioli, bil-ballun deher jittajjar mill-plejer ta’ Floriana Enzo Ruiz li tefa’ fix-xibka tiegħu stess, u b’hekk reġgħu fetħu l-partita. Erba’ minuti wara Gudja marru minn fuq. MIGUEL JIMENEZ ra x-xutt b’saħħtu tiegħu minn ġol-kaxxa jispiċċa wara Akpan għat-tieni gowl Gudjan. Gudja komplew jikkontrollaw u jiddefendu b’mod tajjeb sat-tisfira finali.