Fis-sigħat li għaddew il-President ta’ Malta George Vella ħareġ mill-isptar wara li saritlu operazzjoni.
F’post fuq il-media soċjali il-President kiteb li kollox għadda b’wiċċ il-ġid wara li sarlu intervent kirurġiku li kien ippjanat.
Nhar it-Tnejn li ġej George Vella mistenni jerġa’ jibda jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala President tar-Repubblika. F’dawn il-jiem, il-kariga kienet qed tokkupaha l-Aġent President Dolores Cristina.
Il-President George Vella rringrazzja lil dawk kollha li bagħtulu xewqat sbieħ, kif ukoll lill-infermiera u l-ispeċjalisti, li fi kliemu, iwettqu l-mirakli kuljum.
//= $special ?>