Futbol Sport

Jean Paul Farrugia jagħti debutt b’rebħa lil Andrea Pisanu

(Ritratt: Domenic Aquilina)

SLIEMA W……………. 1

TARXIEN R…………… 0

Sliema: J. Galea, J. Mintoff, K. Shaw, G. Adamovic, M. Sansone, M. Scerri (A. Stelitano 46’), E. Agius, C. Zappa (A. Satariano 78’), J. Cisotti, G. da Silva Ribeiro (J.P. Farrugia 65’), F. Vasilchik

Tarxien: R. Briffa, M. Botta, D. Mambouana (M. Ciantar 59’), M. Tabone, D. Zerafa, T. Veronese, G. Camilleri, M. Stanojevic, M. Miranda Gomez, A. Azzopardi (D. Vassallo 83’), A. Andrejic

Imwissija: G. Camilleri 27’, M. Tabone 82’, D. Zerafa 91’ (T), M. Sansone 70’ (S)

Skorjaw: J.P. Farrugia 91’ (S)

Referee: Mario Apap

Assistenti Referees: Paul Apap, James Muscat

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Juri Cisotti (Sliema Wanderers)

BOV Plejer tal-logħba: Juri Cisotti (Sliema Wanderers)

Sliema Wanderers ħadu dak li riedu iżda kellhom jitħabtu biex għelbu lil Tarxien Rainbows 1-0. Kellu jkun gowl ta’ Jean Paul Farrugia fl-aħħar sekondi tal-logħba li qasam il-qlub tat-Tarxiniżi li b’hekk komplew jersqu lejn il-matematika tar-relegazzjoni.

Dan kien id-debutt ta’ Andrea Pisanu bħala kowċ ta’ Sliema Wanderers u minkejja li waslu t-tliet punti, din il-logħba kienet sinjal tal-ħidma diffiċli li għandu quddiemu biex iżomm lis-Slimiżi fl-ogħla diviżjoni.

Sliema kellhom iċ-ċans li jiftħu l-iskor darbtejn fl-ewwel minuti. L-ewwel kien Gilmar da Silva Ribeiro li ra t-tentattiv jgħaddi barra wara kross ta’ John Mintoff li kien imxellef. Imbagħad kien Rudy Briffa li salva x-xutt ta’ Claudio Zappa mil-lemin.

Fit-28 minuta, daqqa ta’ ras ta’ Kurt Shaw għaddiet ftit barra wara kross ta’ Gilmar. Is-Slimiżi setgħu marru minn fuq qabel tmiem l-ewwel taqsima bid-difensur Destin Mambouana jbiegħed ballun li deher dieħel fix-xibka wara kross ta’ John Mintoff.

Gilmar kellu xutt li għadda għoli fit-52 minuta u ftit wara, kross ta’ Juri Cisotti spiċċa għadda ftit barra mil-lasta ta’ Briffa. Għalkemm baqgħu bil-pussess tal-logħba għal ħafna ħin, Sliema ma rnexxielhomx jinfdu lid-difiża. Dan sakemm wasal il-gowl tar-rebħa fil-91 minuta bi free-kick ta’ Juri Cisotti jsib lis-sostitut JEAN PAUL FARRUGIA li għeleb lil Rudy Briffa b’daqqa ta’ ras.