Sport

Jitħabbru l-finalisti tas-60 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali

Illum fil-Mużew Marittimu fil-Birgu, tħabbru l-finalisti fis-seba’ kategoriji għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Is-serata finali ssir is-Sibt 22 ta’ Frar fil-lukanda Hilton u s-serata se tixxandar b’mod dirett fuq TVM2.

Din l-edizzjoni hi speċjali għaliex hu s-60 anniversarju mill-ewwel edizzjoni li kienet imnedija mill-mibki ġurnalist tal-isport Benny Pace, kif ukoll il-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Pace kien organizza l-ewwel edizzjoni fl-1960 fuq bażi individwali permezz tal-ġurnal “The Sporting Star. Hu baqa’ jorganizza b’suċċess dan il-konkors sal-1977 b’format differenti minn dak preżenti. Fl-1970 twaqqfet l-Għaqda Kittieba Sports u għal seba’ snin saru żewġ għażliet.

Fl-ewwel erba’ snin kien ingħata biss l-unur tal-Isportiv tas-Sena u maż-żmien ġew introdotti l-kategoriji l-oħra biex mill-2014 sal-lum l-edizzjoni ġabret seba’ kategoriji kull sena.

Sportiv tas-Sena: Keith Azzopardi (Kickboxing), Gianluca Chetcuti (Sparar), Rodney Gatt (Tiġrijiet taż-Żwiemel), Jordan Gusman (Atletika), Scott Muscat (Pool)

Sportiva tas-Sena: Sue Abela (Ten Pin Bowling), Mya Azzopardi (Għawm), Eleanor Bezzina (Target Shooting), Lisa Marie Bezzina (Atletika), Yazmin Zammit Stevens (Weightlifting)

Kowċ tas-Sena: Jesmond Caruana (Weightlifting), Edward Caruana Dingli   (Sport Paralimpiku), Gabriel Dobre (Futsal), Karl Izzo (Waterpolo), Noel Mercieca (Kickboxing)

Uffiċjal tas-Sena: Julian Bajada (Sport Paralimpiku), Terry Camilleri (Snooker), Joe Caruana Curran (Sport Akwatiku), Bernard Vassallo (Basketball), John Zammit (Ċikliżmu)

Żagħżugħ tas-Sena: Kayden Lagana (Ten Pin Bowling), Jake Muscat (Waterpolo), Nico Sciberras (Sparar), Richard Schultheis (Ibburdjar), Jeremy Zammit (Atletika)

Żagħżugħa tas-Sena: Mya Azzopardi (Għawm), Sarah Chouhal (Atletika), Francesca Curmi (Tennis), Helene Pellicano (Tennis), Tenishia Thornton (Weightlifting)

Tim tas-Sena: Luxol Futsal, Elusive 2 (Ibburdjar), Mr Whippy Racing (Motorsport), Tony Drago/Duncan Bezzina (Snooker), Sue Abela/Sara Xuereb (Ten Pin Bowling), Tim nazzjonali tal-irġiel (Waterpolo)

People’s Choice Awards: Claire Azzopardi (Atletika), Antonio Flores (Paralimpiku), Rodney Gatt (Tiġrijiet taż-Żwiemel), Tenishia Thornton (Weightlifting), Jake Vella (Triathlon)