Nhar il-Ġimgħa li ġej, is-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr se tħalli l-gżejjer Maltin għat-tieni safra tagħha bil-banda biex ittella’ programm mużikali fil-Kappella palatina tal-Palazz Irjali ta’ Caserta, patrimonju dinji tal-UNESCO.
Dan il-programm se jittella’ fuq stedina tal-komun ta’ Mathi, lokalità li l-Imġarr hija ġemellata magħha. F’dan il-programm se tingħaqad il-banda tal-istess lokali, il-Filarmonica Principessa Jolanda, li kienet daqqet ukoll mal-banda Mġarrija meta ġiuet Malta.
Flimkien mal-banda Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr, li se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Tancred Grech, fil-programm mużikali li se jittella’ nhar it-Tnejn 24 ta’ Frar se jieħu sehem ukoll il-kor tal-istess Parroċċa, Regina Coeli.
//= $special ?>