Lokali

Il-Maltin li kienu fuq cruise fejn kien hemm il-Coronavirus jinsabu fi kwarantina

Immaġni mil-laboratorju tal-Coronavirus

Żewġ Maltin li kienu fuq il-cruise liner MS Westerdam jinsabu fi kwarantina minkejja li m’għandhomx sinjali tal-virus.

Dan wara li fl-aħħar jiem tniżlu fil-Kambodja fejn ġew iċċekjati u ma nstabx li kellhom sintomi ta’ dan il-virus. Kien għalhekk li tħallew jaqbdu triqithom lejn Malta fejn hawn ukoll ġew iċċekkjati.

Din il-proċedura ttieħdet mill-Awtoritajiet tas-Saħħa f’pajjiżna biex jevitaw li l-virus jidħol f’pajjiżna. Dawn iż-żewġ Maltin għadhom qed jinżammu taħt kwarantina f’pajjiżna sakemm jgħaddi l-perjodu li fih il-Coronavirus jimmanifesta ruħu.