Lokali

“Qatt ma ltqajt ma’ Melvin Theuma jew l-aħwa Degiorgio” – l-eks CEO tal-Malta Enterprise

"Dejjem imxejt bl-akbar serjetà u onsetà"

L-eks Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Mario Galea, insista ma’ NET NEWS li hu qatt ma’ iltaqa’ mal-allegat middleman fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. U lanqas qatt ma ltaqa’ ma’ Alfred u George Degiorgio.

Galea stqarr dan f’ittra mibgħuta lis-sit netnews.com.mt wara l-istorja ppubblikata lbieraħ dwar ix-xhieda li ingħatat fil-Qorti din il-ġimgħa, liema xhieda qed tkompli titfa aktar pressjoni fuq Chris Cardona biex jirriżenja minn Deputat Mexxej tal-PL.

Net News jinsab infurmat li Louis Grech, Edward Zammit Lewis, Josè Herrera, Owen Bonnici, kif ukoll Deo Debattista huma l-aktar vociferi fost il-membri parlamentari li qed jagħmlu pressjoni fuq il-Prim Ministru biex dan tal-aħħar iġiegħel lil Cardona jirreżenja immedjatament.

Is-sitwazzjoni tad-Deputat Mexxej Chris Cardona  kompliet titntefa’ f’dell ikrah, meta l-istess Theuma kien xehed li l-aħwa Degiorgio kienu qabduh jagħmel kuntatt ma ċertu “Mario” sabiex jintervjeni biex tingħata liċenzja għal kannabis medicinali.

IT-TWEĠIBA TA’ MARIO GALEA

“Jiena, Mario Galea, ex-CEO (u mhux ex-Chairman) ta’ Malta Enterprise naghmel riferenza ghal dak li ghadu kemm gie mxandar fl-artiklu elettoniku  ntitolat ‘Esklussiva: Chris Cardona mistenni jirrizenja’ fejn Net News allega illi l-persuna isimha ‘Mario’ li, skond Melvin Theuma, kellha tintervjeni biex tinghata licenzja ghal kannabis medicinali ghall-ahwa Degiorgio huwa jien.

Din hija allegazzjoni gratuwita u infondata ghaliex jiena ma ġejt imsemmi fl-ebda xhieda li ngħatat mill-imsemmi Melvin Theuma jew kwalunkwe persuna ohra u dan ghas-sempliċi raġuni li jiena m’ghandi x’naqsam assolutament xejn ma’ dan il-każ jew mal-allegazzjoni maghmula minn Net News.

Ghalhekk qieghed inzomm fermi d-drittijiet tieghi kollha skond il-ligi biex niddefendi u nissalvagwardja l-unur u l-isem tajjeb tieghi. 

Barra minn hekk jiena ntenni bl-ikbar fermezza illi la fil-kwalita’ tieghi bhala CEO (dak iz-zmien) ta’ Malta Enterprise u lanqas f’ebda vesti jew kwalita’ oħra ma qatt iltqajt ma’ Melvin Theuma u/jew mal-ahwa Degiorgio la biex niddiskuti dwar licenzja ghal kannabis medicinali u lanqas ghall-ebda raguni ohra u ntenni wkoll illi jiena qatt ma ltqajt ma’ dawn il-persuni u li nafhom biss minn dak li qed jigi mxandar fil-media u bl-ebda mod iehor.

Jiena qatt ma ltqajt f’ħajti kollha la ma’ Melvin Theuma u lanqas mal-ahwa Degiorgio u lanqas ma kelli ebda idea min huma qabel ma isimhom gie mxandar fil-media b’rabta mal-kaz tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. 
Matul il-karriera twila tieghi jiena dejjem wettaqt id-dmirijiet tieghi bl-ikbar serjeta’, onesta’ u integrita’ fl-interess tal-pajjiz u tal-employer tieghu u dan kif jista’ jikkonferma kull min jafni u kull min hadem mieghi”.