Fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’ meta residenza fis-Swieqi nħakmet min-nirien.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18:00 f’residenza li tinsab fi Triq l-Għajn, kantuniera ma’ Triq Sidra.
Fil-post issejħu l-Pulizija kif ukoll membri tal-protezzjoni ċivili li kkontrollaw in-nar u evitaw li dan ikompli jinfirex. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

