Lokali

“Solidarjetà ma’ dawk li qed jagħmlu xogħlom sew” – MPA

Il-Malta Police Association (MPA) hija konxja mir-responsabiltajiet tagħha bhala union tal-membri tal-Korp tal-Pulizija u għalkemm f’dan l-istadju ma tixtieqx tikkumenta fuq il mertu tal-każ, u dwar l-investigazzjoni li qed ssir dwar irregolaritajiet fit-taqsima tat-traffiku, qed testendi solidarjetà sħiħ mal-membri tal-Korp li għaddejin minn mument diffiċli.

L-MPA fi stqarrija qalet li huwa d dmir tagħha li f dawn iż-żminijiet xejn felici ghal-Korp tal-Pulizija, ghandha turi s-solidarjetà tagħha mal-eluf ta’ membri tal-korp li dejjem ghamlu x-xogħol tagħhom b’dedikazzjoni u b’mod onest.

“Għal-kuntrarju tal-percezzjoni li bħalissa bla dubju tezisti fil-konfront tal korp tal pulizija, l-ħażin ta’ ftit uħud ma jistax jhassar il-hafna xoghol fejjiedi ta’ l-eluf ohra li dejjem kienu onesti u qed jaqdu dmirijiethom b’mod impekkabbli”.

L-MPA insistiet li mhux se titkellem dwar dak li għaddej sabiex bl-ebda mod ma trid tfixkel l-istess investigazzjoni.