Lokali

Talba biex 40 immigrant jiddaħħlu f’Malta

L-Għaqda mhux Governattiva Alarm Phone talbet lill-awtoritajiet Maltin biex jintervjenu u jsalvaw 40 immigrant li jinsabu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ pajjiżna.

Id-dgħajsa ġiet individwata ftit qabel il-17:00 meta l-persuni abbord id-dgħajsa kkuntattjaw lill-Alarm Phone u talbu għall-għajnuna.

Skont Alarm Phone, l-immigranti abbord jinsabu fil-periklu u għalhekk wissiet lill-Forzi Armati ta’ Malta u l-Guardia Costiera tal-Italja biex ma jdumux ma jintervjenu.