Lokali Parlament

GĦADA: L-aħħar diskors ta’ Simon Busuttil LIVE mill-Parlament

It-Tlieta 18 ta’ Frar LIVE fuq Net Television u Net FM ser ikun qed jixxandar Programm Speċjali ad unur l-Ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fl-okkażjoni tal-aħħar diskors tiegħu fil-Parlament ta’ Malta hekk kif mill-ewwel ta’ Marzu li ġej ser ikun qed jibda jaħdem fil-kariga l-ġdida tiegħu ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew, barra minn xtutna.

Net Television ser ikun qed ixandar id-diskors ta’ Simon Busuttil waqt program speċjali li fih ser ikun hemm numru ta’ mistiedna li ser jitkellmu dwar iż-żmien ta’ Simon Busuttil fil-Partit Nazzjonalista, kemm bħala MEP, Viċi Kap, Kap u Deputat.

Dan il-programm speċjali jibda fil-5:30pm filwaqt li l-aħħar diskors ta’ Simon Busuttil mistenni jibda fis-7pm.

netnews.com.mt jieħu din l-opportunità biex mill-ġdid jawgura lil Simon Busuttil għal din l-esperjenza ġdida tiegħu.