Lokali

Ħsara teknika fil-freephone 153

Is-servizz ta’ freephone offrut mill-Gvern biex wieħed jikseb informazzjoni minn servizz.gov bħalissa qed jesperjenza problemi tekniċi fis-sistema tat-telefonija. Dan ifisser li xi wħud mill-persuni li qed iċemplu 153 għall-informazzjoni mhux jaqbdux.

Fi stqarrija, id-Dipartiment tal-Informazzjoni qal li qed isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa biex din il-problema tkun solvuta mill-aktar fis possibbli u l-linja tirritorna għan-normal bl-anqas impatt fuq il-poplu.

Jingħad li b’mod alternattiv, il-pubbliku jista’ jikkomunika ma’ servizz.gov permezz taċ-Ċentri Reġjonali f’Birkirkara, fil-Birgu, fil-Qawra, f’Raħal Ġdid u f’Ħal Qormi, inkella mis-sit elettroniku servizz.gov.mt; jew bl-e-mail servizz@gov.mt.