Fi stqarrija qasira permezz ta’ post fil-paġna fuq Facebook ta’ Simon Schembri Blue Light Foundation, il-fondazzjoni qalet s-Surġent Simon Schembri ma kienx wieħed mill-Pulizija investigati b’rabta mal-abbużi rrappurtat fis-sezzjoni tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

L-istqarrija ħarġet wara li Simon Schembri kien ikkuntattjat minn diversi sezzjonijiet tal-media dwar il-każ.
Il-Surġent Simon Schembri kien involut f’inċident ikrah ħafna lura f’Mejju tal-2018, meta wara li waqqaf sewwieq f’Ħal Luqa, dan saq għal fuqu, tajru u kaxkru għal tul tat-triq.
Schembri spiċċa tilef dirgħajh kawża tal-inċident.
//= $special ?>