Lokali

Taħwid sħiħ fil-feed-in tariffs tal-pannelli tax-xemx

Wara li dan is-sit ftit tal-jiem ilu rrapporta dwar il-kontijiet tad-dawl li splodew għal familji li b’sagrifiċċju kbir kienu investew fil-pannelli tax-xemx, il-Ministru għall-Ġustizzja Soċjali Michael Falzon ma kienx kapaċi jwieġeb dwar fatt li qed jerġa jitfa’ piż ieħor fuq il-familji Maltin.

Minbarra li fl-aħħar xhur il-Maltin u l-Għawdxin  sabu ma wiċċhom żidiet fil-prezzijiet tal-affarijiet l-aktar bażiċi, fl-aħħar ġimgħa, issa kienu ħafna dawk li tkellmu ma’ Net News dwar kontijiet tad-dawl li splodew hekk kif kien hemm tnaqqi sqawwi ħafna fir-rebate li qed jingħataw għall-units tad-dawl li l-Gvern qed jixtri mingħand min għandu l-pannelli.

Staqsejna lil Michael Falzon, x’se jagħmel il-Gvern biex jagħmel tajjeb għal dawn il-kontijiet goffi, b’Michael Falzon iwieġeb b’mod vag ħafna, li l-Gvern qiegħed hemm biex jgħin lil kulħadd, mingħajr ma jagħti tweġiba ta’ sustanza.

Jidher li l-problema tinsab fit-taħwid li hemm fil-feed in tariffs għal min għandu l-pannelli.  L-aktar għal min skadielu l-kuntratt miftiehem mal-Gvern, biex issa ħafna djar qed jispiċċaw jieħdu ħmerija għall-kull unit ta’ dawl i jbiegħu lil Gvern Intant sorsi qrib Net News qalulna li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u Ilma (REWS) jinsab f’limbu totali dwar il-feed in tariffs il-ġodda għal din is-sena, hekk kif it-tibdil fil-Ministru ħalla x-xogħol nofs leħja.