Lokali

Xogħlijiet tas-Central Link jikkawżaw ħsarat fil-kappella ta’ San Pawl f’H’Attard

Ritratti: Reno Saliba

Immaġini xokkanti li qed iduru fuq Facebook qed juru ħsarat fil-kappella ta’ San Pawl f’Ħ’Attard. Jidher li dawn il-ħsarat huma riżultat ta’ xogħlijiet li qed isiru fit-toroq ta’ madwar il-kappella li għadha kemm ġiet restawrata riċentement.

Dawn x-xogħlijiet marbuta mal-proġett kontroversjali tas-Central Link diġa bdew iħallu riperkussjonijiet u sfortunatament din il-kappella ta’ preġju f’Ħ’Attard hi l-aħħar minn sensiela ta’ bini u għelieqi li kompletament qed jiġu injorati mill-Gvern u Infrastructure Malta.

Il-Kappella ta’ San Pawl f’Ħ’Attard tmur lura għas-sena 1729 u ġiet irrestawrata ftit taż-żmien ilu. F’Lulju li għadda, Kustodju tal-Kappella u l-istoriku Reno Saliba appellaw biex il-proġett massiċċ ibiddel ir-rotta tiegħu biex tiġi salvata l-kappella.

Mill-ġdid Saliba, din id-darba fuq Facebook tkellem dwar il-kwistjoni din id-darba b’ritratti xokkanti tal-ħsara li qed issir.

Residenti tal-madwar li tkellmu ma’ Net News stqarru li jinsabu ferm iddispjaċuti li l-Gvern mhux biss qed iqaċċat is-siġar u jieħu l-għelieqi kollha tal-madwar iżda wkoll qed jinjora binjiet storiċi li jmorru lura mijiet ta’ snin.

Ritratti: Reno Salba (Facebook)
Ritratti: Reno Salba (Facebook)