Lokali

FILMAT: “Jekk ma tgħaddix mill-bieb, tgħaddi mit-tieqa”

Il-Malti jgħid li jekk ma tgħaddix mill-bieb tgħaddi mit-tieqa, hu hekk jidher li qed jiġri fiċ-ċentru miftuħ fil-Marsa.

Dan hekk kif it-tkomplija tax-xogħol fis-sit fejn suppost tlesta l-proġett tal-villaġġ tal-Karnival, biswit dan iċ-ċentru, wassal biex l-immigranti kellhom isibu modi differenti biex jidħlu u joħorġu meta jridu.

Waqt li fix-xhur li għaddew l-immigranti kienu jaqbżu l-ħitan u l-bjut fuq wara taċ-ċentru, issa jidher li spiċċaw jidħlu u joħorġu mit-twieqi mingħajr problemi ta’ xejn.

Net News ilu xhur isegwi din is-sitwazzjoni, iżda bħal kull ħaġa oħra relatata mal-immigranti f’Malta, l-awtoritajiet iżommu skiet totali.