Kull ġurnata li tgħaddi l-familji Maltin u Għawdxin qegħdin jinsterqu mit-taxxi tagħhom biex jitħallas id-dejn tal-Vitals, li l-Gvern Laburista tahhom it-tliet sptarijiet. Minnufih għandu jitwaqqaf dan il-kuntratt tat-tliet sptarijiet li sar ma’ Vitals, li llum qed jitmexxew minn Steward.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri qal li l-kuntratt li sar biex ifalli u biex xi ħadd jaħrab b’miljuni ta’ ewro mill-flus tan-nies. Dan huwa l-istess kuntratt li kemm il-unjins u l-esperti ddeskrivewh bħala fallut, fejn kumpanija barranija taqla’ l-flus mingħajr mal-familji jaraw xi forma ta’ investiment, titjib jew modernizzar fis-settur tas-saħħa.
Il-midja rrappurtat kif Vitals ħallew €36 miljun f’dejn li għalih qed jagħmlu tajjeb in-nies, Steward iridu li jingħataw iżjed konċessjonijiet u aktar għajnuna finanzjarja u dan wara laqgħa li kellhom ma’ Robert Abela fejn kien hemm preżenti wkoll Joseph Muscat.
Issa għaddew ġimgħat minn meta Robert Abela qal li qed jistudja l-kuntratt u l-Oppożizzjoni diġà għamlitha ċara li ma taqbilx mal-bord li ħatar il-Prim Ministru biex jiflu dan il-kuntratt, għaliex fuq dan il-bord hemm nies li kellhom jieħdu ħsieb l-interess nazzjonali u jassiguraw li l-isptarijiet ma jingħatawx bix-xejn lill-privat iżda naqsu milli jagħmlu xogħolhom.
Dan meta Gvern Laburista ta €200 miljun lill-kumpanija barranija Vitals u wara Steward għall-isptarijiet tagħna meta b’dawn il-flus minflok seta’ jagħti €500 lill-familji.
L-Oppożizzjoni beħsiebha tibqa’ tisħaq li dan is-serq tal-familji Maltin u Għawdxin għandu jieqaf minnufih, u permezz tal-kawża li fetaħ fil-Qorti l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia se tara li dan is-serq jintemm u t-tliet sptarijiet jerġgħu jsiru tal-poplu.
//= $special ?>