Lokali

“Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ma tista’ tieqaf qatt” – Adrian Delia

Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ma tista tieqaf. Qatt ma nistgħu naċċettaw li dak li huwa ħażin isir in-norma tal-ġurnata.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien qed jitkellem waqt il-programm Net Live – programm speċjali fejn tfakkret il-ħidma tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, wara l-ahhar diskors tieghu fil-Parlament.

Adrian Delia saħaq li l-Partit Nazzjonalista jrid li sakemm jibqa’ jkollna Gvern li d-drezzjoni tiegħu hija li jkun komplici għall-korruzzjoni.. huwa obbligu  tal-PN li jkompli jagħmel din il-ġlieda għaliex fl-aħħar is- sewwa jirbaħ żgur u ż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma

Adrian Delia fakkar il-kontribut li Simon Busuttil ta lill-pajjizna matul dawn l-aħħar snin….partikolarment, il-ġlieda tieghu kontra l-korruzzjoni.

Il-Kap tal-PN sostna li dak li rajna jiġri fil-Korp tal-Pulizija, fejn f’7 snin inbidlu sitt kummissarji, turi bic-car kemm hi kbira l-problema li ħoloq dan il-Gvern.

Fil-fatt, Adrian Delia għamel referenza għal dak li qal Simon Busuttil dwar Robert Abela…illi qal li pajjiżna rritorna għan normalità. Ħaġa li żgur mhux minna… għax għad hemm numru ta’ kuntratti oxxeni fejn finalment il-flus qed jititeħdu minn ħalq il-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Ir-reputazzjoni ta’ pajjizna, bħalma qal Simon Busutil, hemm bżonn li tissaħħaħ u ma tibqax tiġi kkalpestata.

Adrian Delia insista li Malta issa se jkollha leħen sod li se jkun qed jinstema’ iktar b’sahhtu fil-Parlament Ewropew.