Lokali Parlament

Il-gvern se jibqa’ jkollu kontroll fuq il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija

– Beppe Fenech Adami, PN

Il-gvern Laburista kien qed jaġġorna lill-qattiel ta’ Daphne bl-investigazzjonijiet u ma kienx qed jaġġorna lill-poplu

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li minkejja l-liġi se titressaq, il-gvern qed jassigura li jibqa’ jkollu kontroll fil-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Beppe Fenech Adami qal li l-Ministru tal-Intern hu surreali għaliex il-liġi mhix waħda li kienet fil-programm elettorali Laburista jew li kienu jitkellmu fuqha l-kelliema Laburisti iżda hi liġi li qed isir f’kuntest. Hu kompla li l-PL issa ilu 7 snin fil-gvern li fihom kien hemm erba’ ministri tal-intern u sitt kummissarji tal-pulizija.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-protesti fit-tooq biex issir ġustizzija, jsiru arresti u investigazzjonijiet u biex jitneħħa l-Kummissarju tal-Pulizija. Iżda l-gvern kien jipproteġi lil min herra lill-Korp tal-Pulizija; il-legat tal-gvern hu l-kollass tal-istituzzjonijiet u tal-pilastri tad-demokrazija fil-pajjiż fosthom tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Dan l-Uffiċċju hu ineffettiv, pupazz u kompliċi fil-kriminalità organizzata li ħatfet il-pajjiż. Intenzjonalment il-gvern ħalla l-Korp tal-Pulizija jitkisser, sostna Fenech Adami, li kompla li din il-liġi m’hu se tkun qed tibdel xejn.

Id-deputat Nazzjonalista qal li tul is-snin il-mod kif kien jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija dejjem ħadem sakemm kien hemm nies fit-tmexxija li kienu responsabbli. Il-kummissarji tal-passat kienu nies bla dellijiet kif kienu l-persuni maħtura minn dan il-gvern. Fil-pajjiż kienet daħlet id-diċenza dwar kif isiru ċertu għażliet, sostna Fenech Adami, li kompla li kienet daħlet sistema kif il-persuni magħżula ma jkunux il-pupazzi.

Kien il-gvern Laburista li kif kien elett keċċa lill-Kummissarju John Rizzo biex minflok ħatar kummissarji ġodda li flok servew fuq in-naħa taċ-ċittadini onesti inqabdu fil-morsa tal-korruzzjoni.

Dan wassal għall-kollas tas-saltna tad-dritt fosthom il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u kellna kummissarju bla saħħa u intenzjonalment ħalla lil min kien responabbli mill-Bank Pilatus biex jaħrab mill-pajjiż. Hu qal li l-Kummissarju tal-Pulizija ma riedx jarresta lil Ali Sadr iżda dan issa hu arrestat fl-Istati Uniti tal-pajjiż.

Il-pulizija naqset intenzjonalment li tarresta lil Ali Sadr, iċ-Chairman tal-Bank Pilatus

Falliment ieħor kien il-falliment tal-investigazzjonijiet dwar il-kumpaniji fil-Panama. L-istruttura li għamlu Konrad Mizzi u Keith Schembri huma każ kif isir il-ħasil ta’ flus iżda l-pulizija Maltija fallew bil-Kummissrju tal-Pulizija intenzjonalment ma jinvestigax lild awn in-nies.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pulizija falliet milli tinvestiga l-power station fejn hemm dokumentazzjoni li turi li ministru tal-gvern u chief of staff kienu se jieħdu €5000 kujum. Hu semma’ l-ħasil tal-flus fil-bejgħ taċ-ċittadinanza iżda anki hawn il-pulizija ma nvestigaw xejn. Il-pulizija ħallew lill-kriminali jiġru barra, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li issa qed ikun żvelat li l-persuna li qatlet lil Caruana Galizia kellu linja diretta mal-investigaturi li suppost qed jinvestigawh biex iressquh il-qorti. Dan qed jirriżulta mix-xhieda fl-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-qttiel ta’ Daphne Caruana Galizia kien qed ikun informat
bl-investigazzjonijiet tal-pulizija minn kastilja

Beppe Fenech Adami kompla li f’dan il-qtil, l-investigatur ewlieni fil-qtil ta’ Caruana Galizia kien qed jissejjaħ Kastilja minn Keith Schembri fil-preżenza tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat u l-ministru Owen Bonnici biex jiddiskutu l-investigazzjonijiet. Keith Schembri kien jinforma lill-akkużat bid-dettalji ta’ f’hix waslet l-investigazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern ma jistax jippretendi li hu gvern kuraġġjuż u ġdid meta għandu dan il-passat. Il-gvern għandu kollass wara li kellu sitt kummissarji tal-pulizija li fallew. L-Oppożizzjoni qed tirrifletti dak li qed jgħid il-poplu Malti, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li l-poplu qed jappella lill-gevrn u l-Oppożizzjoni bix xikun hemm ftehim dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija. Il-pajjiż ma jiflaħx iktar li jkollu Kummissarju li ma jkunx responsabbli.

Għalhekk l-Oppożizzjoni qed tappella lill-gvern biex tinħoloq formula biex il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija isir bi qbil; biż-żewġ terzi tad-deputati. Il-Prim Ministru u ex konsulent ta’ Jospeh Muscat issa qed jgħid li jrid il-kontinwità; dan ifisser iktar tkissir il-Korp tal-Pulizija.

Il-kontinwità li jrid il-Prim Ministru fil-Korp tal-Pulizija jfisser li kollox se jibqa’ l-istess

Bepope Fenech Adami qal li l-proposta tal-gvern hi bbażata fuq numru ta’ gideb fosthom dwar il-veto fejn mhux minnu li l-prim ministru għamel ġest u rrinunzja għall-veto. Il-liġi tagħti lill-prim ministru d-dritt tal-veto għaliex meta jingħażlu ż-żewġ persuni mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC), il-prim ministru se jagħżel hu lil min iressaq quddiem il-Kabinett.

Quddiem il-PSC il-gvern għandu l-għażla li jinnomina l-maġġoranza tal-membri, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li l-proċess mhux trasparenti għaliex il-poplu mhux se jkun jaf kif il-prim ministru iddeċieda li jagħżel persuna minn oħra. Se jkun il-prim ministru waħdu li jagħżel lill-Kummissrju tal-Pulizija u hu mhux obbligat li jispjega.

Ir-raba’ gidba hi l-Oppożizzjoni tista’ twaqqaf lill-Gvern għaliex fil-kumitati tal-kamra l-gvern għandu maġġoranza. Gidba oħra li l-kunċett taż-żewġ terzi ma jistax jaħdem, sostna Fenech Adami, li wera’ kif dan il-mudell diġà hu attwat f’Malta fil-karigi tal-Obudsman u l-Awditur Ġenerali. Il-kroll tal-Korp tal-Pulizija wassal biex fil-pajjiż daħlet il-kultura tal-impunità fejn il-kriminali jafu li l-pulizija jinsabu fuq in-naħa tagħhom.

L-ikbar inġustizzja lill-pulizija hi li dawn jintefgħu kollha fl-istess keffa, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li s-sitwazzjoni kkrollat anki fid-diversi taqsimiet fosthom fi-Taqsima tat-Traffiku fejn 41 uffiċjal huma imlikati; 80% tat-Taqsima tat-Traffiku. Dan hu l-legat tal-PL fil-gvern, irrimarka Beppe Fenech Adami, li kompla li l-gvern hu obbligat iwieġeb.

Fil-Korp tal-Pulizija daħlet il-kultura tal-impunità

Il-gvern Laburista kien qed jaġġorna lill-qattiel ta’ Daphne aġġornat bl-investigazzjonijiet u ma kienx qed jaġġorna lill-poplu, sostna Beppe Fenech Adami, li rrimarka li probabbilment l-istess qed iseħħ bħalissa. Hu staqsa meta l-Ministru tal-Intern sar jaf b’din il-korruzzjoni fil-Korp u jekk il-Prim Ministru qallux b’din l-istorja. L-ex Ministru tal-Intern għandu jwieġeb għax hu kien responsabbli minn dak li kien qed iseħħ, sostna Beppe Fenech Adami.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li jirirżulta li l-ex Ministru Michael Farrugia ħa passi immedjatament għaliex dawn fil-fatt bdew jittieħdu tliet xhur wara li kien hemm whistleblower li kixef kollox. Hu staqsa jekk il-Ministru Byron Camilleri staqsiex lill-ex Ministru tal-Intern Michael Farrugia dwar meta hu kien jaf. Il-Ministru Camilleri staqsa lill-ex Kummissarju Lawrence Cutajar dwar meta u jekk kienx jaf b’din l-istorja u jekk kellimx lit-Taqsima tat-Traffiku u qallhom biex issa ma jsirux iktar abbużi għaliex hu kien jaf?

L-ex Ministru tal-Intern Michael Farrugia għandu jispjega meta kien jaf bl-iskandlu fit-Taqsima tat-Traffiku u għaliex ma sar xejn

Beppe Fenech Aadmi appella biex f’ġieħ is-sewwa jinstab mod kif il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija tinħareġ mill-kontroversja politika. Il-gvern Laburista għadda lil dan il-pajjiż minn kalvarju ta’ xejn, sostna Beppe Fenech Adami, li rringrazzja lid-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil. Mhux kif tidħol iżda kif toħroġ fil-politika, irrimarka Beppe Fenech Adami, li sostna li l-isfida hi li fil-politika toħroġ rasek mgħollija. Kien hawn min ħareġ minn Kastilja b’rasu baxxuta. Kburi li ħdimt viċin Simon Busuttil; li kellu rwol importanti fl-iżvilupp politiku tal-pajjiż fosthom fil-proċess ta’ sħubija ta’ Malta fl-UE. Hu qal li Simon Busuttil u nies oħra ipperswadew lill-poplu Malti jivvota favur is-sħubija fl-UE

Beppe Fenech Adami jsellem lil Simon Busuttil fl-aħħar jum tiegħu fil-politika lokali
u fl-aħħar diskors tiegħu tiegħu fil-parlament

Beppe Fenech Adami kompla li Simon Busuttil, Mario de Marco, Chris Said, politiċi oħra u hu ħarġu għall-politika meta l-PN kellu bżonn u mhux għalihom innfushom. Hu kompla li l-politiċi għandhom jitgħallmu minn Simon Busuttil fil-mod kif jieħdu d-deċiżjonijiet it-tajbin.