Lokali

Jiddaħħlu 106 immigranti oħra

Il-Forzi Armati ta’ Malta dalgħodu daħħlu 106 immigranti oħra.

Għal darb’oħra dwar din il-wasla ma kien hemm l-ebda stqarrija, iżda kienet il-midja li żvelat din il-wasla.

B’dan l-aħħar grupp issa jfisser li sa mill-bidu tas-sena waslu f’Malta iktar minn 856 immigrant, għalkemm din iċ-ċifra hi konservattiva ħafna.

Dan għaliex dan l-ammont jinkludi biss l-ammont ta’ immigranti li salvaw jew indunaw bihom l-għaqdiet mhux governattivi li joperaw bastimenti ta’ tiftix u salvataġġ fil-Mediterran.