Karl Grech, iż-żagħżugħ li kien involut f’inċident bil-mutur f’Santa Luċija, fortunatament ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei u jista’ jingħaqad mill-ġdid ma’ familtu.
Kien fil-11 ta’ Frar li l-mutur ta’ Karl, li kien akkumpanjat mit-tfajla tiegħu, kien involut f’impatt ma’ barrikata tal-konkrit f’parti fejn qed isir proġett infrastrutturali.
Grech, li għandu 25 sena, qatta’ l-jiem ta’ wara l-inċident fil-periklu tal-mewt. Dan waqt li t-tfajla tiegħu sofriet ġrieħi gravi.
Sigħat wara li seħħ l-inċident, fil-post tpoġġew diversi barrikati tal-plastik u dwal ta’ twissija, li qabel dan l-inċident ma kinux hemm. Dan bil-konsegwenza li Karl, fid-dlam tal-lejl, ma ndunax li t-triq kienet magħluqa.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Astrid May Grima.
//= $special ?>