Internazzjonali

L-Afganistan: Ashraf Ghani re-elett President

Il-President tal-Afganistan, Ashraf Ghani, ġie dikjarat ir-rebbieħ tal-elezzjoni ta’ Settembru wara perjodu ta’ dawmien dovut għal allegazzjonijiet dwar tbagħbis ta’ voti.

Id-dikjarazzjoni saret ftit tal-ħin ilu mill-Kap tal-Kummissjoni Elettorali f’Kabul.

Ghani, b’hekk, ġie elett mill-ġdid bħala President b’50.64 fil-mija tal-vot, bir-rivali kbir tiegħu, Abdullah Abdullah, jispiċċa t-tieni bi kważi 40 fil-mija tal-appoġġ fost l-Afgani.

L-avversarji ta’ Ghani kienu qalu li l-vot tat-28 ta’ Settembru spiċċa ‘influwenzat’ minn livell massiċċ ta’ frodi u problemi tekniċi.

Ivvutaw f’din l-elezzjoni proporzjon żgħir biss tal-poplu fl-Afganistan.