Lokali

L-Ocean Viking isalva 84 immigrant ieħor

Wara li l-għaqda mhux governattiva Alarm Phone wissiet dwar żewġ dgħajjes b’90 u 97 immigrant abbord, issa anke l-għaqdiet Sos Mediterranee u Médecins Sans Frontières ħabbru salvataġġ ieħor.

Dan hekk kif fl-aħħar sigħat il-bastiment ta’ dawn l-għaqdiet mhux governattivi, l-Ocean Viking, tella’ 84 immigrant abbord.

Mhux magħruf fejn se jiddaħħlu dawn l-immigranti. L-unika informazzjoni s’issa hi li l-immigranti nstabu fuq dgħajsa ffullata madwar 71 mil nawtiku ‘l barra mil-Libja.

Hu fatt magħruf li l-għaqdiet mhux governattivi li joperaw fil-Mediterran mhux jieħdu immigranti lejn il-Libja għax jiddikjaraw li l-pajjiż mhux sigur.