Internazzjonali

Lejn it-tmexxija tas-CDU fil-Ġermanja: Kandidatura sorpriża minn Norbert Roettgen

BERLIN, GERMANY - MAY 16: German Environment Minister Norbert Roettgen arrives for the weekly German government cabinet meeting on May 16, 2012 in Berlin, Germany. German Chancellor Angela Merkel, who is also Chairwoman of the German Christian Democrats (CDU), announced later in the day that she had fired Roettgen from his ministerial position in the wake of a catastrophic defeat Roetggen andf the CDU suffered in elections in the state of North Rhine-Westphalia last weekend. (Photo by Sean Gallup/Getty Images)

Id-deputat veteran konservattiv, Norbert Roettgen, ippreżenta ruħu, b’sorpriża, bħala kandidat għat-tmexxija tal-Partit CDU(fil-Gvern) tal-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel. Intant, din il-kandidatura kkumplikat l-ippjanar  għas-suċċessjoni fit-tmexxija tas-CDU.

Ftit tal-jiem ilu, Annegret-Kramp Karrenbauer, il-magħżula ta’ Merkel biex tmexxi lis-CDU, ħolqot mhux ftit tal-inċertezza bid-dikjarazzjoni li mhix se tikkuntesta għar-rwol ta’ Kanċillier tal-Ġermanja fl-elezzjoni federali li għandha ssir sa Ottubru tal-2021.

Ladarba Karrenbauer għamlitha ċara li hi qed ‘iċċedi’ l-opportunità biex tmexxi lis-CDU, Norbert Roettgen – eks Ministru għall-Ambjent — sari r-raba’ sfidant għar-rwol ta’ kap tal-partit.

Hu qed jgħid li s-sitwazzjoni politika fil-Ġermanja ‘tant hi serja li tinvolvi l-futur tas-CDU u xi jfisser dan il-futur għall-istabbilità tal-Ġermanja.

L-isfidanti l-oħra għat-tmexxija tas-CDU huma l-liberali ekonomiku Friedrich Merz, il-Ministru tas-Saħħa Jens Spahn u l-Prim Ministru tal-Istat ta’ Rhine-Westphalia, Armin Laschet.