Wara ħidma koordinata bejn żewġ taqsimiet tad-Dwana, il-Container Monitoring Unit u l-iScanning Team, u li fiha sar użu wkoll mill-iscanner tad-Dipartiment, ġie interċettat container fil-Freeport li nstab mimli fliexken tal-vodka bil-kuntrabandu. B’kollox instabu madwar 9,500 flixkun b’valur fis-suq ta’ €61,000.

Il-container, li hu tal-20 pied, kien iddikjarat li qed iġorr xkejjer bil-gypsum powder, mill-port ta’ Odessa, lejn il-port ta’ El Khoms, fil-Libja, b’waqfa f’Malta.
Irriżulta, mill-immaġni tal-iscanner, li fil-fatt il-container kellu ndana ta’ xkejjer, u moħbija warajhom kien hemm kaxxi tal-kartun mimlija fliexken tal-vodka.
Id-Dipartiment tad-Dwana jinsab għaddej b’aktar investigazzjonijiet fuq dan il-każ u qiegħed jikkollabora ma’ Dwaniet internazzjonali.
//= $special ?>