Edukazzjoni

Bħal ta’ qablu, Owen Bonnici jirrepeti l-istess wegħda

Wara 3 snin li ilha miftuħa, jgħid li l-Iskola tal-Qawra se tiftaħ din is-sena

Sena wara oħra mwiegħda, deadline wara oħra miksura. Dan kien id-destin tal-Iskola Primarja l-ġdida tal-Qawra, li suppost infetħet lura f’ Settembru 2017, b’bosta wegħdi fiergħa tal-Ministru Evarist Bartolo u tal-Gvern Laburista li din xi darba se titlesta… iżda din id-darba ma waslet qatt.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Owen Bonnici, irrepeta r-retorika tal-predeċessur tiegħu u wiegħed li issa, it-tfal ta’ San Pawl il-Baħar se jidħlu fl-Iskola Primarja l-ġdida tal-Qawra li kienet ilha varata sa mill-2015 …izda sal-lum għadha sit ta’ kostruzzjoni. Owen Bonnici reġa’ tenna li l-Iskola Primarja se tkun lesta din is-sena.

U sabiex din l-iskola ma jkollix id-destin tal-Iskola Primarja l-ġdida ta’ Wied il-Għajn, li wara l-ftuħ tagħha baqgħu għaddejjin ix-xogħlijiet waqt li l-istudenti jitgħallmu fil-klassijiet, tlabna lill-Ministru Bonnici sabiex iserraħ moħħ il-ġenituri li fil-Qawra mhux se jiġri l-istess. Il-Ministru minn naħa tiegħu reġa’ irrepeta r-retorika ta’ Evarist Bartolo.

Sentejn u nofs wara li kellha tiġi varata, l-iskola la fiha studenti, la sports ground u wisq anqas għalliema ….biex għal din is-sena skolastika mill-ġdid ġiet imċaħħda lill-familji ta’ San Pawl il-Baħar.

Ritratt tal-Iskola tal-Qawra meħudha f’Ottubru 2019