Lokali

Inċident bejn mutur u vettura f’Ħ’Attard

Għall-ħabta tal-5pm f’Ħ’Attard seħħ inċident bejn mutur u vettura, inċident li ħoloq ammonti kbar ta’ traffiku.

Skont informazzjoni li kiseb Net News is-sewwieq tal-mutur ittieħed b’ambulanza l-isptar Mater Dei għal aktar kuru pero l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Jidher li għal xi raġuni s-sewwieq tal-karozza spiċċa fil-lane oppost u kien hemmek illi seħħ l-impatt.

Fuq il-post kien ssejħet ambulanza, Pulizija tad-Distrett, uffiċjal tat-Transport Malta u ufiċjal tal-LESA.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.