Ekonomija Kummerċ Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ tippreżenta l-Viżjoni 2020 – 2025

Il-Kamra tal-Kummerċ illum preżentat dokument estensiv li jagħti ħarsa lejn l-ekonomija Maltija u fejn għandna niżviluppaw fil-ħames snin li ġejjin, inkluż f’oqsma bħall-governanza, il-pensjonijiet, l-edukazzjoni, it-trasport, u t-teknoloġija ġdida.

Id-dokument iħares lejn pjan mifrux fuq ħames snin, b’miri ċari – pjan li għandu jsir bis-sehem ta’ diversi stakeholders.

Uħud mill-proposti li resqet iċ-Chamber fid-dokument tagħha:

  • Il-Gvern minn issa jrid jibda jaddotta policy ta’ tolleranza zero lejn il-korruzzjoni
  • Bżonn ta’ riforma fil-pensjonijiet u s-sistema tas-saħħa
  • Titwaqqaf task force biex tiddiskuti opportunitajiet ta’ negozju ibbażat fuq is-sistema tal-5G
  • Id-dokument jerġa’ jsemmi l-bżonn li tiddaħħal sistema ta’ metro li testendi lejn Għawdex
  • Enfasi akbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni
  • Ħtieġa li jitraħħsu l-kontijiet tad-dawl għan-negozji
  • Investiment akbar, u aktar serju, fl-edukazzjoni
  • Bħala pajjiż irridu ninvestu f’oqsma ġodda bħall-Bioteknoloġija, l-edukazzjoni fuq l-internet u r-robotika
  • Rivoluzzjoni fil-qasam tal-kostruzzjoni b’binjiet li jkunu effiċjenti u jħarsu l-ambjent