Kultura

Karnival fil-Marina ta’ Ta’ Xbiex

Għas-7 sena konsekuttiva qed titella l-edizzjoni ta’ Karnival fil-Marina mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex. Karnival b’differenza li huwa mfittex minn bosta familji għall-atmosfera differenti li joħloq.

Il-Karnival f’Ta’ Xbiex se jkun qed jitella’ għada 20 ta’ Frar 2020 bejn is-6pm u d-9pm fil-parkeġġ tal-jott marina.

Fi stqarrija l-Kunsill qal li din is-sena, dan l-avveniment se jkun wieħed akbar minn qatt qabel, hekk kif se jkun qed joffri spettaklu minn żeffiena Brażiljani, il-pajjiż li tant huwa magħruf għaz-zfin tal-Karnival b’mod speċjali f’Rio Di Janeiro. Dawk preżenti se jkunu jistgħu jsegwu dan l-ispettaklu mingħajr ebda ħlas.

Għal din l-attività, se tkun qed titella’ wkoll kompetizzjoni tal-kostumi.

Bħal snin oħra se jkunu hemm spettaklu minn numru ta’ kumpaniji ta’ zfin, bosta kantanti, maskaruni, maskri grotteski, żona għat-tfal, kel u xorb u sorpiriżi oħra.

Għal din l-edizzjoni ta’ Karnival fil-Marina se jkun hemm numru ta’ siġġijiet għall-pubbliku biex ipoġġi bilqiegħda u jsegwi l-ispettaklu. Dan se jkunu qed jittieħdu fuq bażi ta’ ‘first come first serve’