Futbol Sport

Manchester City jilqgħu lil West Ham illum

Illum Manchester City jilqgħu lil West Ham fl-Etihad Stadium. Din il-logħba kellha tintlagħab fid-9 ta’ Frar iżda ġiet posposta wara maltemp qawwi. Dan il-konfront se jkun l-ewwel wieħed għaċ-champions Ingliżi minn meta ġew sospiżi mill-UEFA għal sentejn milli jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Aymeric Laporte, Benjamin Mendy u John Stones se jkunu disponibbli għal Pep Guardiola iżda Raheem Sterling mhux mistenni jkun issugrat, b’Oleksandr Zinchenko hu sospiż. Manchester City ġejjin minn telfa ta’ 2-0 kontra Tottenham filwaqt li West Ham spiċċaw 3-3 kontra Brighton.

Premier League

Illum: Manchester City v West Ham     8.30pm