Lokali Parlament

Michael Farrugia jibqa’ ma jassumix responsabbiltà politika għall-korruzzjoni fil-Korp tal-Pulizija fi żmienu

L-ex Ministru tal-Intern Michael Farrugia baqa’ ma jassumix responsabbiltà politika għall-korruzzjoni lis eħħet fi żmienu fil-Korp tal-Pulizija, fosthom dwar ir-rapport preżenti fuq dak li seħħ fit-Taqsima tat-Traffiku.

Fil-parlament il-Ministru Farrugia qal r-rapporti dwar dan il-każ waslu f’Ottubru 2019 u hu ma kienx jaf min għamel ir-rapporti; “la naf u lanqas irrid inkun naf min hu”.

Wara li l-persuna kellmu lill-persuna responsabbli fi ħdan il-Ministeru tal-Intern kien ppreżentat lilu rapport. Din kienet il-parti fejn sema’ u evalwa s-sitwazzjoni waqt li ta direzzjoni biex dan ir-rapport jintbgħat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.

Hu qal li anki Peter Omtzgit stess iddikjara li l-gvern ħa l-passi biex jibdew l-investigazzjonijiet mill-ewwel. Hu qal li kien hemm whistleblowers li ma kienux serji u oħrajn li kienu serji iżda s’issa jidher li minn dak li allega, allegatament hemm ċertu sustanza f’dak li qal dwar it-Taqsima tat-Traffiku fil-Pulizija.

Michael Farrugia qal li r-responsabbiltà politika tintrefa’ kieku l-persuna ma aġixxiex. Ir-responsabbiltà politika erfajtha għax aġixxejt, sostna l-Ministru Michael Farrugia.