Lokali Parlament

Proposti għal titjieb fis-servizzi tas-saħħa

Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara għamlet diversi proposti biex is-servizz tas-saħħa jkun imtejjeb.

Fil-parlament Maria Deguara qalet li hi taqbel mal-emendi proposti fil-liġi dwar il-mediċini u mal-penali li qed jiddaħħlu fil-liġi biex jogħla l-livell fil-mediċina. Minbarra sptarijiet, apparat u livelli mill-aqwa hemm setturi oħra li jistgħu jkunu mtejba biex bihom jiggwadanja l-pazjent.

Hi faħħret l-accellerated clinics li kienu introdotti f’Mater Dei u l-kliniċi l-oħra flimkien man-national screening dwar il-mard fis-sider u l-musrana. Id-deputat Nazzjonalista qalet hawn nisa li jippreferu li jagħmlu smear test għand it-tobba privati u għalhekk dawn għadhom jdaħħluhom fil-laboratorju tal-gvern għaliex hawn ammont kbir ta’ pazjenti li jippreferu jagħmlu t-testijiet fil-privat. Ir-riżultati wkoll joħorġu ħafna aħjar.

Mari Deguara trattat l-appuntamenti urġenti f’Mater Dei u qalet li dawn isir permezz ta’ kuntatt telefoniku mal-konsulent t iżda din is-sistema ma tantx taħdem. Hi pproponiet li jsir punt ta’ rifernza ċentrali biex jirrispondi lit-tobba u jkunu responsabbli li jikkordinaw l-appuntamenti. Dan iwassal biex ix-xogħol jeħfief ħafna u jkun hemm iktar effiċjenza.

Problema oħra hi li ħafna appuntamenti għall-out-patients jingħataw fl-istess ħin. L-amministrazzjoni għandha tara li l-appuntamenti jinqasmu f’ħinijiet differenti. Għandu jitħalla spazju għall-appuntamenti urġenti li jsiru wara l-appuntamenti magħmula.

Maria Deguara tkellmet dwar il-persuni b’diżabbiltà li jattendu l-out-patients jew bżonn ta’ intervent u qalet li dawn l-interventi għandhom jingħataw prijorità flimkien mal-familjari ta’ dawn il-persuni minħabba li l-persuni b’diżabbiltà jiddependu minnhom. Fl-out-patients m’hemmx post għat-tfal b’diżabbiltà jinżammu sakemm isejjħulhom għall-appuntament. Dan jista’ jsir għaliex anki fl-ajruport meta persuna tkun se ssiefer mal-familjari hemm dawn il-faċilitajiet.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-anzjani u pproponiet li anzjani ta’ ‘l fuq minn 80 sena jew li jkollhom l-apparat li jinġarr magħhom għandhom jingħataw prijorità fl-appuntamenti tagħhom. Dan għandu jkun applikat ukoll fil-polikliniċi u mhux biss f’Mater Dei.

Dwar il-waiting lists fl-out-patients hi qalet li hemm appunatamenti ta’ iktar minn disa’ xhur jew sena u tliet xhur fin-neuorology. Jekk hemm bżonn jiżdiedu l-konsulenti u s-sessjonijiet ta’ out-patients sessions. Hemm ukoll nies bi problemi dentali li qed jistennew sena u sena u nofs għall-appuntamenti, sostniet id-deputat Nazzjonalista.

Maria Deguara kompliet li hemm skumdità meta l-pazjenti jintbgħatu Għawdex għalkemm hemm aspetti pożittivi. Hemm ukoll waiting lists ta’ nies li qed jistennew il-hip-replacement. Dan huma nies muġugħa lejl u nhar minħabba l-kundizzjoni tal-ġogi. Qed jingħad li m’hemmx teatri jew staff biżżejjed biex imexxi t-teatri tal-operazzjoni u għalhekk hemm bżonn li jsir investiment qawwi biex il-pajjiż ilaħaħq ma’ din id-domanda.

Servizz ieħor li jista’ jkun irranġat hu dwar il-proċess meta persuna li jista’ jkollu kanċer jew mard gravi. L-awtoritajiet għandhom jinformaw lit-tobba privati tal-pazjenti bis-sitwazzjoni. Il-kuntatt mhux isir u l-każ jintesa biex aktar tard il-pazjenti jingħataw l-aħbar ħażina.

Maria Deguara pproponiet li l-canteens ta’ Mater Dei jipprovdi iktar ikel diċenti u ta’ saħħa għall-familjari tal-pazjenti biex dawn ma jkollhomx għalxiex imorru d-dar biex jieklu.

Hi qalet li hu urġenti li ssir ir-reġistrazzjoni tat-tobba tal-familja u tal-polikliniċi biex dawn jagħmlu kuntatt kontinwu bejniethom dwar it-trattament tal-pazjenti. Dan iswassal għal sistema tas-saħħa ħafna aħjar għaleix is-sitema tas-saħħa hi waħda tajba u fl-istess livell ta’ pajjiżi Ewropej iżda dejjem hemm fejn wieħed itejjeb is-istwazzjoni.