Lokali

“Sakemm ma jkunx hemm sentenza mill-Qorti, l-akkużat għadu preżunt innoċenti” – MPA

Fi stqarrija maħruġa mill-Malta Police Association, l-MPA għamlet referenza għal ritratti u filmati li qegħdin jidhru fuq il-mezzi tax-xandir, b’rabta mal-iskandlu li faqqa’ fl-aħħar jiem fil-Korp tal-Pulizija.

“Nixtiequ nigbdu l-attenzjoni li mhux kull persuna, anki jekk membru tal-istess Korp tal-Pulizija, li jidher f’dawn ir-ritratti u filmati huwa b’xi mod relatat ma l-investigazzjonijiet li għaddejin bħalissa.”

“Nixtiequ nfakkru li fil-Kwartieri Ġenerali tal-Puliizja jaħdmu ħafna nies, kemm membri tal-Korp u kemm ħaddiema ċivili.”

L-MPA qalet ukoll li “mhux kull aħbar li tissemma fil media hija vera”.

“Nixtiequ infakkru lill-media li mhux kull persuna investigata bilfors titressaq il-qorti u sakemm ma jkunx hemm sentenza mil-qorti, l-akkuzat għadu preżunt innoċenti.”