Edukazzjoni Ekonomija Kummerċ Lokali

“Saret ħsara lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna”

Il-Kamra tal-Kummerċ tvara l-viżjoni soċjo-ekonomika għal Malta għall-5 snin li ġejjin

Ir-reputazzjoni ta’ Malta tnawwret severament minħabba li l-governanza tajba fil-Gvern prattikament kienet ineżistenti. Din trid tiġi indirizzatha llum qabel għada sabiex il-barranin jerġgħu jafdaw lil pajjiżna.

Saħaq dan il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, David Xuereb, meta kienet qiegħed ivara il-viżjoni soċjo-ekonomika, bit-tema “Smart Sustainable Island”, tal-istess Kamra għall-5 snin li ġejjin bil-ghan li jintlahaq tkabbir ekonomiku sostenibbli li minnu jinholoq gid socjali verament ghal kulhadd.

Huwa tkellem b’mod partikolari dwar il-governanza, u l-importanza li ma nħallux dubji f’moħħ l-investituri. Fl-istess waqt, Xuereb fakkar kif il-Gvern b’għemilu niżżel lill-pajjiż kollu għarkuptejh, b’nuqqasijiet evidenti anke fis-settur edukattiv.

Il-Kamra appellat lill-Gvern sabiex idakkar kultura ta’ bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku u li f’pajjiżna jkollna ambjent sostenibbli bl-inqas emissjonijiet ġġenerati.

L-investiment kapitali fl-infrastruttura irid imur lil hinn mit-twessiegħ tat-toroq u l-mina għal Għawdex billi l-Gvern jevalwa serjament mezzi ta’ trasport alternattiv bhall-metro.

Problemi oħra elenkati li jeħtieġu l-kunsens unanimu bejn il-partijiet kollha politiċi biex jiġu indirizzati b’mod urgenti… mingħajr interessi partiġġjani… huma l-problemi fil-pensjonijiet, l-immaniġġjar tal-iskart u fis-servizz tas-saħħa.

Apparti t-titjib fis-salarji tal-ħaddiema biex titjieb il-kompetitività u l-effiċjenza, id-Direttur Ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ, Kevin Borg, appella lill-istakeholders fl-ekonomija biex fost l-impjegati tagħhom idakkru kultura ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja.

Id-dokument, li kien ikkoordinat minn David Spiteri Gingell, kien imhejji minn 26 espert ġejjin minn istituzzjonijiet serji fil-pajjiż, li taw mas-60 rikomandazzjoni tanġibbli…bi pjan li jwassal sal-2025.