Ambjent Lokali

Se jinqerdu daqs 35 ground tal-football f’għelieqi

Numru ta’ bdiewa jinsabu rrabjati hekk kif għal darb’oħra l-Gvern iddeċieda li jeqred aktar għelieqi b’rizultat li skont dawn il-bdiewa….huma se jispiccaw litteralment bla xoghol. Il-kwistjoni hija dwar progett tal-Wasteserv fiz-zona tal-Maghtab.

Skont il-Gazzetta tal-Gvern, l-ammont ta’ raba’ li ser tinsteraq ghal dan il-progett se tkun ta’ 226 tomna jew 254,144 metru kwadru; zona li hi kbira daqs 35 ground tal-football.

Net News iltaqa’ mal-bdiewa li jinsabu ferm rrabjati b’din is-sitwazzjoni. Huma qalulna li jinsabu mħassba għall-fatt li l-art li se tittieħed fiha blat qawwi u dan minflokk intagħżlet art differenti bi blat inqas prestiġjuż.

Il-bdiewa dawruna mal-akwati u wieħed seta jinnota il-mijiet ta’ siġar li ser jitqaċċtu inkluż dwak tal-ħarrub. Dan apparti għelieqi li ilhom jinħaddmu għal tliet ġenerazzjonijiet sħaħ li se jinqerdu għal kollox.

Huma saru jafu b’dak li ghaddej wara avviż mill-Wasteserv li sabuh imwaħħal mal-għelieqi tagħhom, fejn il-Gvern se jkun qed jieħu aktar art biex tiġi estiża l-landfill.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-self-employed, negozji żgħar, u l-biedja, Edwin Vassallo, stqarr li dan “huwa frott il-falliment tal-gvern li naqas milli jibni l-inċineratur tal-iskart.”

Hu saħaq li “din hija daqqa ta’ ħarta oħra għall-bdiewa, għall-komunitajiet tan-Naxxar, tal-Għargħur, tal-Magħtab, u ta’ Baħar iċ-Ċagħaq… u fuq kollox daqqa ta’ ħarta oħra għall-pajjiz.”