Lokali Parlament

Steward qed jitolbu miljuni oħra meta ma wettqux l-obbligi tagħhom fl-isptarijiet

Id-deputat Stephen Spiteri

– Stephen Spiteri PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li issa Steward qed jitolbu l-miljuni meta ma wettqux l-obbligi tagħhom ta’ modernizzar u investiment fl-isptarijiet

Fil-parlament Stephen Spiteri qal li l-Oppożizzjoi taqbel mal-emendi fil-liġi għax trid tara l-aqwa livelli fis-sistema tas-saħħa f’Malta. Hu rringrazzja lill-Awtorità dwar il-Mediċina għax xogħol li twettaq u sostna li l-Mater Dei illum joffri l-aqwa tobba, kirurgi u infermiera. Is-saħħa pubblika għanha tolqot l-aktar lil dawk li għandhom bżonn.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-pirvatizzazzjoni tal-isptarijiet Maltin u qal li l-Opożizzjoni dejjem għamlet pressjoni biex il-kuntratt ikun impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra iżda meta dan tpoġġa, il-kuntratt kien iktar moħbi. Il-gvern kien qal li kien hemm informazzjoni kumemrċjali u sensittiva wara l-fatt li partijiet minnhom ma ngħatawx.

Stephen Spiteri kompla li l-Kumitat ta’ Evalwazzjoni sabet li l-aħjar kumpanija biex tamministra l-isptarijiet kienet Viotals għal 30 sena. Il-gvern se jkun ħareġ €2.1 biljun lil din il-kumpanija, li telqet qabel sentejn. Is-CEO ta’ Steward hu l-istess CEO ta’ Vitals u ammetta hu stess li l-Vitals kienet struttura finanzjarja wisq kumplikata. Fil-fatt Vitals ma kellhom l-ebda esperjenza fit-tmexxija tal-isptarijiet jew fis-settur tas-saħħa.

Fl-Isptar San Luqa ma sarx linvestiment imwiegħed

Jirriżulta li Vitals kellhom problemi serji dwar il-finanzji tal-kumpanija li kienu parti mill-problema li permezz tagħha qatgħu qalbhom. Dawn kienu problemi li wasslu biex il-Vitas kellhom problemi biex jissellfu u ma kellhomx flus biex iħallsu pagi f’xahar partikolari.

Mal-Vitals kien sar MOU xhur qabel ħarġet l-offerta għall-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Dawn huma kundizzjonijiet ċari biex jitwaqqa’ l-kuntratt; liema kuntratt ma kien kontabbli u trasparenti. Il-gvern ma ħarisx x’inhu l-aħjar għaċ-ċittadini Maltin u kellu skopijiet ulterjuri.

Dan qalitu wkoll l-Assoċjazzjoni tat-Tobba li qalet li dan kien ftehim diżastruż li fih il-gvern qed jgħaddi miljuni mit-taxxi lil din il-kumpanija biex dawn ma nafux fejn imorru. Il-Vitals ħallew €34 miljun f’dejn. Din kellha tibni sptar ta’ 400 sodda f’Għawdex, kellha tagħmel ristrutturar ta’ San Luqa u kellha tirranġa Karen Grech waqt li toħloq impjiegi ġodda fil-pajjiż.

L-Għawdxin spiċċaw bl-uniku sptar privatizzat

Issa hemm min mill-gvern qed jgħaraf li dan il-kuntratt mhux serju u li qed jgħabbi lill-pajjiż b’piżijiet fosthom ta’ €188,000 kuljum talli l-Vitals kellha toffri sodod lill-gvern. Dawn il-flus qed jinħarġu mill-budget tas-saħħa.

Stephen Spiteri kompla li l-PN irid l-aħjar għaċ-ċittadini u li l-kontabbiltà tkun assigurata. Hu semma’ l-alqgħa bejn il-Prim Ministru Robert Abela, l-ex Prim Ministru Joseph Muscat u Steward li fiha Steward talbu pakkett finanzjarju iktar b’saħħtu u tlabu €4 miljuni għall-pagi tal-ħaddiema privati. Dan meta Steward huma kumpanija privata. Steward iridu estensjoni sal-2023 biex huma jonorow il-miri tagħha fl-infrastruttura meta dawn il-proġetti suppost ġew onorati snin ilu. Qed jitolbu wkoll ċertu kundizzjonijiet għall-ħaddima tagħhom.

Stephen Spiteri staqsa jekk hemmx serjetà f’dawn il-kuntratti u kkritika lill-Prim Ministru li qal li jrid janalizza s-sitwazzjoni u wara jieħu azzjoni. Iżda l-fatti huma diġà stabbiliti fejn l-Awditur Ġenerali diġà qed jevalwa u se jiffinalizza rapport. L-Oppożizzjoni hi kontra li l-call services bħas-saħħa ikunu privatizzati għaliex il-privat għandu biss interess li jagħmel il-qligħ. Minkejja dan il-PN jaqbel ma’ sħubija serja mas-settur privat kif hemm fid-diversi djar għall-anzjani madwar Malta.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN jemmen li l-kuntratt tal-isptarijiet għandu jieqaf għaliex dan qed jisraq lill-poplu Malti. L-isptarijiet għandhom jirritornaw għand il-gvern biex ikun assigurat li l-poplu jkollu l-aqwa servizzi tas-saħħa.

Dan il-proġett falla, sostna Stephen Spiteri, li kompla li m’hemmx viżjoni fis-settur tas-saħħa fosthom ta’ Għawdex. Il-gvern biegħlhom l-apparat kollu ta’ dawn l-isptarjiet għal €1 meta f’Għawdex kein għadu kif sar investiment ta’ €6 miljuni minn fondi Ewropej.

Stephen Spiteri kompla li l-investiment għandu jsir fit-titjib fis-servizzi tas-saħħa fosthom fis-saħħa mentali, fir-riċerka fit-trattamenti u l-kanċer u żied li l-PN irid li s-settur tas-saħħa tkompli teċċella.