Jum mhux tas-soltu għall-avukati u persuni oħra li jqattgħu il-parti l-kbira tal-ġurnata tagħhom fil-Qorti. B’mod partikolari għall-Avukat Robert Thake li lbieraħ sab quddiem wiċċu idolu tiegħu, u ta’ ħafna oħrajn madwar id-dinja.
Ħadd ħlief Bruce Dickinson, il-frontman leġġendarju tal-grupp Iron Maiden li kien imsejjaħ bħala xhud f’kawża fil-Qorti. S’intendi, l-Avukat Thake ħataf l-okkażjoni u ħa ritratt ma’ Dickinson.

Hu ma kienx l-uniku wieħed hekk kif dan ix-xhud mhux tas-soltu intagħraf minn iktar nies, fosthom kollegi tal-istess Thake.

Madanakollu, skont rapporti, jidher li l-okkju tal-kawża li fiha kellu jixhed Bruce Dickinson ma kienx 666!
//= $special ?>