Lokali

Żewġ irġiel bi ġrieħi gravi wara argument f’San Ġiljan

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:30pm, raġel mis-Somalja rrapporta fl-għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan bi ġrieħi f’għonqu wara li kien involut f’argument ma` raġel ieħor fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-distrett sejħu minnufih għal-assistenza medika u r-raġel li għandu 28 sena, residenti l-Fgura ittieħed permezz t’ambulanza fl-Isptar Mater Dei.

Minn investigazzjonijiet ulterjuri rriżulta li r-raġel ta’ 28 sena sofra ġrieħi permezz ta’ arma taqta u bil-ponta waqt argument ma` raġel Somalu ta’ 45 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex u li ukoll sofra xi ġrieħi u ittieħed fl-Isptar Mater Dei.

Aktar tard ż-żewġ irġiel ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.