Il-Gvern Malti falla milli jilħaq il-miri f’dak li ghandu x’jaqsam it-tnaqqis tat-tniġġis fl-arja; miri li kienu meħtieġa u li kellhom ikunu ifformulati fi pjan ċar u strutturat.
Il-Gvern fil-fatt ma tax rendikont ta’ kif se jnaqqas l-emissjonijiet għat-12-il xahar li ġejjin, xi ħaġa li kien mitlub li jagħmel minn Brussel.
Jekk il-Gvern Malti iffalli milli jagħti lill-Kummissjoni Ewropea pjan u programm ta’ kontroll għat-tniġġis, se jkun qed jaffaċċja proċeduri serji.
L-editorjal tat-Times of Malta, fl-edizzjoni tal-Ħamis, jgħid li s-sitwazzjoni hija waħda kritika ħafna hekk kif l-enfasi m’għandhiex issir biss fuq in-negliġenza u n-nuqqas ta’ interess mill-Gvern Malti.
Is-sitwazzjoni f’pajjiżna hija li t-tniġġis fl-arja ta’ kull sena qed joqtol ammont sostanzjali ta’ cittadini b’mard respiratorju. L-imwiet ta’ Maltin kawża ta’ dan ilaħħaq kważi 600 fis-sena.
It-tniġġis fl-arja qed twassal fost l-oħrajn għal ċertu tipi ta’ kanċer, mard tal-qalb, u kundizzjonijiet relatati man-nifs.
L-editorjal tat-Times kompla billi qal li seba’ snin ilu l-Partit Laburista kien wiegħed fil-manifest li se jagħti prijorità lit-tniġġis fl-arja, u li jsolvi din il-problema kritika. Iżda l-atteġjament li qed naraw minn naħa tal-Gvern, inkluż id-deadlines li inqabżu, huwa messaġġ ċar li l-prijoritajiet tal-Partit Laburista jinsabu band’oħra.
//= $special ?>