Internazzjonali

Massakru fil-Ġermanja: 9 persuni jinqatlu fi sparatura

Disa’ persuni nqatlu f’Hanau, fil-Ġermanja, wara li numru ta’ rġiel armati tard l-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta tal-10.00pm fetħu n-nar fuq żewġ ħwienet tax-xorb.

Apparti dawk li nqatlu hemm ukoll sitt persuni midruba.

In-nar infetaħ fuq bars fejn ikun hemm il-konsum tas-shisha. Rapporti indikaw li dawk responsabbli rnexxielhom jaħarbu u qed isir tfittxija kbira għalihom.

Infatti waħda mill-persuni suspettati li kienet imdaħħla f’dan il-qtil instabet mejta mumenti wara mill-Pulizija f’appartament li jinsab fiz-zona. Fil-post instab ukoll katavru ieħor.

Il-Pulizija Ġermaniza qalet li m’hi qed teskludi xejn rigward il-massakru li sar u dan jista’ jkun li sar kemm għal raġunijiet kriminali kif ukoll għal raġunijiet ta’ terroriżmu.