Lokali Qorti

Sentenza fuq droga titnaqqas bi ftit minħabba li l-każ ħa 22 sena biex jiġi deċiż

Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera naqqset sentenza bi ftit fil-konfront ta’ raġel li kien instab ħati fuq traffikar ta’ droga kokaina u li sar reċediv. It-tnaqqis tal-piena sar minħabba li dan il-każ dam ikarkar għal 22 sena.

Charles Spiteri ta’ 58 sena, kien instab ħati mill-Qorti tal-Maġistrati li fit-30 ta’ Settembru 1997, u fix-xhur ta’ qabel ittraffika d-droga kokaina, mingħajr ma kien awtorzzat jew kellu liċenzja, u li kien ukoll fil-pusses tagħha,

Huwa kien nstab ħati li kkommetta r-reat ġewwa distanza ta’ 100 metru mill-perimetru ta’ skola, klabb jew ċentru taż-żgħażagħ jew xi post ieħor fejn normalment jiltaqgħu ż-żgħaħagħ.

Fil-Qorti kien irriżulta li kien hemm numru ta’ persuni nvoluti f’dan il-każ fejn kien hemm min xehed ukoll li kien jixtri d-droga mingħand l-akkużat. Il-Prosekuzzjoni li tmexxiet minn Neil Harrison, li dan iż-żmien kien Supretendent, irriżulta li kien qiegħed juża ‘runner’ biex ibiegħlu d-droga u dan kien ċertu Karl Muscat.

Dak in-nhar tat-30 ta’ Settembru tas-sena 1997, kienu ġew arrestati Christopher Xerri u Noel Buhagiar minn vettura, li kienu ċerta Maurice Marina. Christopher Xerri, u ġie nnutat jarmi li xi ħadd minnhom jarmi qartas li kien fih trab kanella, suspettat eroina.

Fl-istess jum kien ġie arrestat ċertu Karl Muscat li kien f’vettura tat-tip Maruti. F’din il-vettura kien hemm ukoll it-tifla tal-imputat.. F’din il-vettura kienu nstabu żewg qratas b’sustanza suspettata kokaina.

Wara, fl-ewwel ta’ Ottubru tal-1997 Karl Muscat kien irrilaxxa stqarrija fejn fost affarijiet oħra stqarr li kien ibiegħ droga li kien jagħtih iz-ziju tiegħu, l-imputat. Saret ukoll tfittxija fir-residenza tal-imputat fejn fost oġġetti oħra li ħew elevati kien hemm seba’ ċekkijiet li kienu jammontaw għal Lm480. Kienu nstabu wkoll aktar minn LM6,000 flus kontanti.

Dawn kienu nħarġu minn kont ta’ ċertu Bonello. Fir-residenza tal-imputat instabu wkoll flus u salib ta’ lewn isfar suspettat deheb. Fid-‘drive in’ tal-istess residenza taħt siġra instab vażett tal-bovril li kien fih madwar 50 gramma kokaina. Dan kien instab ħati siġra tal-fikus.

Ċertu Noel Buħaġiar kien qal li kien xtara madwar tliet grammi kokaina mingħand Charles Spiteri dak in-nhar stess ftit qabel twaqqaf mill-Pulizija. Qal li ġieli xtara minghand il-ħabib ta’ Spiteri, li rriżulta li huwa Karl Muscat. Kull darba kien iħallas LM40 kull gramma u qal li f’gimġha partikolari kien nefaq LM1,200 kokaina mingħand Spiteri.

Qal ukoll li f’okkażjoni oħra peress li ma kellux flus biex iħallsu, u kien tah giżirana tad-deheb b’salib tad-deheb. Fil-Qorti ħareġ li kienu jiltaqgħu, Dingli Street, ġewwa tas-Sliema u hu kien jiġi b’karozza vann żghir.

Buħaġiar qal ukoll li meta kien imur għandu, kien imur Ta’ Ġiorni, fl-inħawi tal-flats tal-Gvern li qegħdin faċċata tal-iskola, tal-Għarab. “Dejjem hu personali qdieni. Hu qatt ma dahal għandi u lanqs jiena qatt ma’ dħalt għandu.”

Dwar il-piena, din il-Qorti tal-Appell qalet li hija tqis li r-reati li tagħhom Spiteri nstab ħati huma reati sejri u ta’ theddida għas-soċjetà. Tqis ukoll li d-droga qiegħda tagħmel ħsara kbira lis-soċjetà, tant li n-nies li qegħdin jinħakmu fil-vizzju tad-droga mhux biss qegħdin jagħmlu ħsara lilhom infushom iżda qegħdin jaqgħu fil-ħajja kriminali fejn qegħdin jikkommettu reati bħal serq sabiex jiffinanzjaw il-vizzju tagħhom.

Għaldaqstant nies innoċenti qegħdin ibatu konsegwenzi koroh riħultat ta’ droga. Il-Qorti qieset ukoll li dan il-kaħ imur lura għal madwar 22 sena fejn jirriżulta li l-proċess kien anke inħaraq meta awla inħaqmet minn nirien u fejn għalhekk il-proċess kellu jiġi rikostruwit.

Il-Qorti tal-Appel naqqset il-piena għa tliet xhur fejn qalet li minħabba t-trapass taż-żmien, hija qed tikkundanna lil Spiteri għall-piena ta’ priġunerija effettiva fil-minimu ta’ dak li tiprovdi l-liġi, dik ta’ 6 xhur ħabs, kif ukoll tikkonferma l-€1,500, li kienet mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati. li ghandha tithallas fiz-zmien.

Fir-residenza ta’ Spiteri kienu nstabu wkoll xi flus, fejn huwa kien ma kienx qal min fejn kienu ġew bil-Qorti tordna l-konfiska ta’ dawn il-flus ukoll. Il-Qorti ordnat ukoll id-distruzzjoni tal-oġġetti kollha relatati mad-drogi kif ukoll id-droga u tordna ukoll il-konfiska tal-flus esebiti.