Il-pressjoni fuq id-Deputy Leader Laburista Chris Cardona qed tkompli tikber, wara li fi tmiem il-ġimgħa Net News żvela l-istorja tal-manuvri li għaddejin biex itajjrulu rasu – tant illi lanqas fil-Konferenza Ġenerali ma ħallewh jitkellem.
Din il-ġimgħa Cardona ma tfaċċa xejn il-Parlament; it-Tlieta kien assenti, u anke l-Erbgħa kien assenti mill-Kamra tar-Rappreżentanti. Xi ħaġa li faċilment tista’ tiġi konfermata mid-dokumenti uffiċjali tal-Parlament.
Appati minn hekk, sal-lum, ir-rappurtaġġi li xandarna dwar Chris Cardona qatt ma ġew miċħuda mill-Partit Laburista. Fil-fatt, konna aħna l-ewwel li żvelajna kif qed issir pressjoni fuqu biex iwarrab – u l-Lejber dwar dan baqa’ sieket.
Sieket ukoll dwar il-fatt li l-Ħadd fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista Cardona ma tħalliex jitkellem; Konferenza li saret ezatt l-ghada li ħriġna l-istorja dwar kif iridu, minn ġewwa, ineħħuh min-nofs.
U wara li dan kollu ħareġ fil-beraħ, attivisti Laburisti ikkummentaw pubblikament illi il-partit taghhom “beda jimrad”, għaliex l-għan ta’ partit m’għandux ikun għal dawk tal-qalba biss
Huwa sigriet magħruf li l-affarijiet għal Cardona bdew jigravaw propju wara x-xhieda fil-qorti ta’ Melvin Theuma waqt l-kumpilazzjoni dwar l-assassisnju ta Daphne Caruana Galizia.
Theuma żvela kif it-tifla ta’ wiehed mill-ahwa Degiorgio kienet ingħatat impjieg ma’ Chris Cardona qabel l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-istess sorsi ikkonfermaw ma Net News li dak li żvela l-middleman fil-jiem li għaddew ….li fuq mobile li kien ittella’ minn qiegħ il-baħar fil-Marsa kien hemm irrekordjat numru wieħed biss, dak ta’ Chris Cardona – xejn ma niżel tajjeb ma’ ċriki fil-Partit Laburista li jridu jneħħu lil Chris Cardona minn nofs ….u joħdulu postu.
//= $special ?>