Lokali Saħħa

Wara 6 snin ta’ stennija…konferma li għadna fl-istadju tal-pjanti

Konferma li fl-Isptar ta' Għawdex għadu ma sar xejn

Steward Healthcare preżentaw l-ewwel pjanti u impressjonijiet artistiċi ta’ dak li suppost se jkun l-Isptar San Luqa rinnovat; wegħda li ilha fuq l-ixkaffa għal kważi 6 snin. Sal-lum, fil-fatt, f’San Luqa għadu ma sar assulutament xejn u kollox tħalla mitluq. Dan mikejja l-miljun li Steward qed jingħataw kull sena, mit-taxxi tal-Maltin.

Fi stqarrija intqal li Steward għamlu applikazzjoni għall-iżvilupp quddiem l-Awtorita’ tal-Ippjanar sabiex isir dan il-proġett; iżda ma ingħatawx dati ta’ kif se jkun qed taħdem il-kumpanija sabiex tiżgura li ma jkunx hemm tkaxkir tas-saqajn.

Steward qalu li dwar il-kampus tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex sar “progress”, iżda anke hawn ma ingħataw ebda dettalji. Effettivament, dan il-proġett ukoll għadu ħolma fuq il-karta b’detriment għal mijjiet ta’ Għawdxin.